It-tamiet ta’ Roma li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa kważi sparixxew b’telfa ta’ 2-0 fi Stadio Olimpico kontra Udinese. Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Roma wara t-telfa kontra Milan il-Ħadd li għadda. Dawn it-tliet punti għenu lil Udinese biex jiftħu distakk ta’ sitt punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni, f’dik li kienet l-ewwel rebħa għalihom wara disa’ logħbiet.
KEVIN LASAGNA fetaħ l-iskor wara 12-il minuta meta wara ħarba tajba fuq ix-xellug, tefa’ kross lejn Rodrigo de Paul li kellu xutt żbaljat iżda spiċċa għand Lasagna li skorja b’xutt mill-ewwel. Il-logħba kompliet tiġi għat-telgħa għal Roma hekk kif tkeċċa Diego Perotti wara nofs siegħa għal fawl fuq Rodrigo Becao. Udinese għalqu l-logħba fit-78 minuta b’kontrattakk li minnu de Paul tefa’ kross fil-baxx lura lejn ILIJA NESTOROVSKI li għeleb lil Antonio Mirante minn qagħda ideali.
//= $special ?>