Lokali

Persuna titlef ħajjitha f’nirien li ħakmu ħanut fil-Ħamrun

Raġel ta’ nisel barrani li għad irid jiġu identifikat tilef ħajtu meta nirien ħakmu ħanut fil-Ħamrun. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m. f’ħanut tal-merċa fi Triq Ħal Qormi.

Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien iżda sfortunatament il-persuna li kienet fil-ħanut ma rnexxielhiex issalva.

Xi ġirien kellhom jiġu evakwati minn djarhom sakemm tneħħa kull periklu

F’dawn il-ħinijiet għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.