Is-sitwazzjoni preżenti minħabba l-Covid-19 f’pajjiżna u anke barra minn xtutna ma waqfitx lill-Każini tal-Banda milli jwasslu l-messaġġ tagħhom għall-festa tar-raħal.
Min-naħa tagħha, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ramat studio professjonali u attrezzat b’dak kollu li jkollok bżonn biex tkun tista’ xxandar programmi diretti.
Il-programmi li qed jiġu ppreżentati kuljum fuq il-paġna tas-Soċjetà fuq Facebook, qed jixxandru kuljum bejn il-5.30pm u t-8pm, bil-Kordinazzjoni titmexxa minn Andrew Zammit u Sergio Costa.
Is-suġġetti li qed jiġu diskussi huma l-istorja tas-Soċjetà, l-Għaqdiet li jeżistu fir-raħal ta’ Ħal Luqa u l-kultura u l-istorja tal-festi Maltin. Ħal Luqa se jkun l-ewwel villaġġ li se jara l-istatwa tal-Patrun tiegħu Sant’Andrija toħroġ mill-Knisja Parrokjali l-Ħadd 5 ta’ Lulju.
//= $special ?>