Ħafna jiftakru l-qerda enormi li ġabu magħhom in-nirien tal-Amazon is-sena li għaddiet – u issa, jidher li ankè din is-sena hemm possibbiltà li nerġgħu nesperjenzaw l-istess devastazzjoni f’din il-foresta.
Informazzjoni li ġabru l-awtoritajiet Brażiljani għax-xahar ta’ Ġunju turi kienu rappurtati żidiet fil-każijiet ta’ nirien; żieda ta’ 20 fil-mija meta l-istaġun xott għadu fil-bidu tiegħu.
Skont id-data uffiċjali, meta wieħed iqabbel mal-istess xhar fis-snin preċedenti din hija l-akbar perċentwali fl-aħħar 13-il sena. Ħafna qed jibżgħu li minħabba l-Covid, l-attenzjoni tal-awtoritajiet Brażiljani se tkun fuq il-pandemija…u allura hemm riskju akbar li din is-sena l-qerda fl-Amazon tkun xi ħaġa inkontrollabbli.
//= $special ?>