Internazzjonali

Vladimir Putin jista jibqa’ jmexxi għal 15-il sena oħra

Ir-Russi vvutaw favur riformi kostituzzjonali li se jagħtu aktar poteri lill-President Putin.

Ir-riżultati tar-referendum jindikaw li b’dan il-vot…Vladimir Putin kapaċi jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż sas-sena 2036. Dan wara li r-riforma kisbet appoġġ massiċċ ta’ 78%.

B’dan it-tibdil, fl-elezzjoni tal-2024 Putin se jerġa’ jibda daqs li kieku se jikkontesta għall-ewwel darba – u allura, dejjem jekk jiddeċiedi li jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni, ikun jista’ jagħmel fit-tmexxija tal-pajjiż żewġ termini oħra ta’ sitt snin.