Lokali

AĠĠORNATA: X’qallu Konrad Mizzi lill-Ispeaker?

It-Tlieta, id-deputat Konrad Mizzi reġa’ tfaċċa l-Parlament wara nuqqas ta’ diversi ġimgħat.

Il-ftit deputati li kienu għadhom fil-Kamra fil-ħin li fih wasal Mizzi kienu kważi maħsuda li rawh fosthom. Hu daħal biss għal ftit minuti, fejn wara li rreġistra ismu biex jidher “preżenti”, mar ikellem lill-Ispeaker Anglu Farrugia.

Dak il-ħin, fis-7pm, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista kien qed jagħti l-Aġġornament.

Konrad Mizzi lanqas biss poġġa’ fil-Kamra.

Mhux magħruf x’qal lil Anglu Farrugia fil-ftit ħin li għamel ikellmu, għalkemm jidher li għalissa Mizzi se jibqa’ jpoġġi man-naħa tal-Gvern u meta jitkellem fil-Parlament se jkun qed jieħu mil-ħin tal-Gvern.