Tasal il-konferma… Daniel Micallef se jkun qed jikkontesta l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.
F’post fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Daniel Micallef qal li aktar tard illum kien se jwieġeb għas-sejħa tal-Laburisti u se jissottometti n-nomina tiegħu għal din il-kariga.
Daniel Micallef bħalissa jokkupa l-karija tal-President tal-Partit Laburista.

Ilbieraħ l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista vvota favur tibdil fl-Istatut sabiex il-Membri Parlamentari tal-PL ma jkunux jistgħu jikkontestaw għall-kariga ta’ Deputy Leader tal-Lejber.