Għada fil-Matthew Micallef St. John fil-Marsa se jkun organizzat it-tieni avveniment tal-atletika wara s-suċċess tas-Sibt li għadda. L-attività tal-lum se timmarka r-ritorn tat-tlielaq bil-hurdles li kienu assenti fl-ewwel laqgħa, b’100 metru għan-nisa, 110 metri għall-irġiel u l-400 metru.
Għal attività oħra, se jkunu osservati l-protokolli stretti tas-saħħa u s-sigurtà skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa biex jitħarsu l-atleti u l-uffiċjali. Fatt interessanti hu li b’differenza mill-ġimgħa l-oħra, din id-darba se jkun jista’ jattendi l-pubbliku wara li tneħħiet l-emerġenza tas-saħħa pubblika.
Il-kompetizzjonijiet ta’ għada se jservu biex l-atleti jkomplu jħejju ruħhom għaċ-Challenge Meetings li se jsiru aktar tard dan ix-xahar u eventwalment għall-Kampjonat Nazzjonali fit-22 u fit-23 ta’ Awwissu li jtemmu l-istaġun.
Dawn l-avvenimenti jkunu importanti għall-atleti hekk kif lejn tmiem l-istaġun jimmiraw għall-aħjar riżultati kemm personali kif ukoll tal-istaġun. B’riżultati pożittivi jkollhom ċans jikkwalifikaw għal avvenimenti internazzjonali fl-istaġun li ġej.
Il-programm ta’ għada
5.00pm 400 m hurdles tal-irġiel
5.00pm 400 m hurdles tan-nisa
5.15pm hammer throw tal-irġiel
5.15pm hammer throw tan-nisa
5.20pm 100 m hurdles tal-irġiel
5.20pm 100 m hurdles tan-nisa
5.40pm 100 metru tal-irġiel
6.00pm discus tal-irġiel
6.00pm discus tan-nisa
6.05pm 100 metru tan-nisa
6.30pm 400 metru tal-irġiel
7.00pm shot put tal-irġiel
7.00pm shot put tan-nisa
7.00pm long jump tal-irġiel
7.00pm long jump tan-nisa
7.45pm 400 metru tan-nisa
//= $special ?>