Atletika Sport

Għada l-MAAA torganizza t-tieni avveniment konsekuttiv tal-atletika

(Ritratt: Wally Galea)

Għada fil-Matthew Micallef St. John fil-Marsa se jkun organizzat it-tieni avveniment tal-atletika wara s-suċċess tas-Sibt li għadda. L-attività tal-lum se timmarka r-ritorn tat-tlielaq bil-hurdles li kienu assenti fl-ewwel laqgħa, b’100 metru għan-nisa, 110 metri għall-irġiel u l-400 metru.

Għal attività oħra, se jkunu osservati l-protokolli stretti tas-saħħa u s-sigurtà skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa biex jitħarsu l-atleti u l-uffiċjali. Fatt interessanti hu li b’differenza mill-ġimgħa l-oħra, din id-darba se jkun jista’ jattendi l-pubbliku wara li tneħħiet l-emerġenza tas-saħħa pubblika.

Il-kompetizzjonijiet ta’ għada se jservu biex l-atleti jkomplu jħejju ruħhom għaċ-Challenge Meetings li se jsiru aktar tard dan ix-xahar u eventwalment għall-Kampjonat Nazzjonali fit-22 u fit-23 ta’ Awwissu li jtemmu l-istaġun.

Dawn l-avvenimenti jkunu importanti għall-atleti hekk kif lejn tmiem l-istaġun jimmiraw għall-aħjar riżultati kemm personali kif ukoll tal-istaġun. B’riżultati pożittivi jkollhom ċans jikkwalifikaw għal avvenimenti internazzjonali fl-istaġun li ġej.

Il-programm ta’ għada

5.00pm       400 m hurdles tal-irġiel

5.00pm       400 m hurdles tan-nisa

5.15pm       hammer throw tal-irġiel

5.15pm       hammer throw tan-nisa

5.20pm       100 m hurdles tal-irġiel

5.20pm       100 m hurdles tan-nisa

5.40pm       100 metru tal-irġiel

6.00pm       discus tal-irġiel

6.00pm       discus tan-nisa

6.05pm       100 metru tan-nisa

6.30pm       400 metru tal-irġiel

7.00pm       shot put tal-irġiel

7.00pm       shot put tan-nisa

7.00pm       long jump tal-irġiel

7.00pm       long jump tan-nisa

7.45pm       400 metru tan-nisa