Il-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka f’Brno se ssir mingħajr spettaturi minħabba tħassib dwar il-pandemija tal-Covid-19. It-tellieqa li mistennija tkun ir-raba’ waħda tal-istaġun hi skedata għad-9 ta’ Awwissu. Is-sena l-oħra dan l-avveniment attira 186,000 spettatur.
L-istaġun tal-Moto GP se jibda fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja b’żewġ tlielaq fid-19 u s-26 ta’ Lulju. It-tielet tellieqa se ssir fl-Awstrija, bir-raba’ tellieqa f’Brno. Ir-Repubblika Ċeka kellha ftit aktar minn 12,000-il każ ta’ coronavirus, bi kważi 8,000 persuna rkuprat mill-Covid-19.
//= $special ?>