Il-Gvernatur Repubblikan ta’ Texas, Greg Abbott, ħareġ ordni li biha stipula lill-pubbliku ta’ dan l-istat Amerikan biex jilbsu maskra hekk kif kif il-każijiet ta’ COVID-19 sparaw ‘il fuq.
Texas irreġistra rekord ta’ każi ġodda l-Erbgħa li għadda, b’aktar minn 8,000 każ ġdid ta’ Coronavirus, kontra għall-2,400 każ irreġistrati ħmistax ilu.
Din il-mewġa tikbar tant qed toffri sfida kbira lis-settur medika f’Texas hekk kif ċerti taqsimiet tal-kura intensiva fl-isptarijiet huma prattikament mimlija.
Din l-ordni se tgħin lin-negozji jibqgħu miftuħin, saħaq Abbott waqt it-tħabbira, b’dawk li ma jobdux it-twiddiba tal-awtoritajiet, se jiġu mmultati $250.
Għada, l-Amerikani se jfakkru l-Indipendenza tagħhom, b’ħafna xtajtiet mat-tliet kosti tal-Istati Uniti mal-Paċifiku, l-Atlantiku u l-Baħar Karibew ingħalqu u l-ispettakli tal-logħob ġew ikkanċellati.
Madwar il-pajjiż, sa issa ġew irreġistrati aktar minn 2.7 miljun każ pożittiv u mietu aktar 128,000 kawża tal-pandemija.
//= $special ?>