Wara dak kollu li ġie żvelat fil-Qorti dwar l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla, il-Ministru responsabbli mill-Pulizija donnu komdu li l-Kummissarju l-ġdid żamm miegħu lill-istess Abdilla.
Dan ikkonfermah Byron Camilleri f’kummenti li ta lil Net News.
“Segwejt fil-Qorti dak li ġara però naf ukoll li l-Kummissarju l-ġdid Angelo Gafa diġà ħa diversi azzjonijiet u deċiżjonijiet.”
Id-deċiżjoni tal-Kummissarju Angelo Gafà kienet li lil Abdilla jtih il-pożizzjoni ta’ Direttur tal-ICT; wieħed minn ħames Diretturi ġodda.
Din il-ġimgħa meta xehed fil-Qorti, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla ma kienx kapaċi jwieġeb għaliex ma investigax il-Panama Papers, għaliex ma investigax lil Keith Schembri u għaliex ma investigax lil Konrad Mizzi.
Apparti Ian Abdilla, Gafà se jkollu 4 Diretturi oħra li kollha jwieġbu għal Chief Corporate Services Officer – pożizzjoni ġdida li għadha trid timtela, u li se tieħu post il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv.
//= $special ?>