Coronavirus Ewropa Internazzjonali Saħħa Unjoni Ewropea

Il-PPE jinnomina lill-infermiera għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2020

Dan bħala rikonoxximent għall-ġlieda tagħhom kontra l-pandemija tal-COVID-19

Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew innomina lill-infermiera għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew ta’ din is-sena.

Dan il-premju mogħti mill-Parlament Ewropew jirrikonixxi lil dawk iċ-ċittadini li jservu ta’ eżempju għall-valuri Ewropej.

Għalhekk huwa mistħoqq li l-infermiera jkunu r-rebbieħa ta’ dan il-premju, partikolarment għall-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Popolari Ewropew