Lokali Qorti

Il-Korp tal-Pulizija ried jagħti l-maħfra lil Vince Muscat … iżda twaqqfet “minn fuq”

Il-Korp tal-Pulizija kien jemmen lil Vince Muscat, il-Koħħu kellu jingħata l-proklama u għalhekk l-argument kien aktar sod u dan fuq l-informazzjoni li kien qed jagħtihom. Madankollu kollox jindika li din it-talba twaqqfet “minn fuq”.

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien qal lill-Avukat Arthur Azzopardi, li dak iż-żmien kien l-Avukat ta’ Vince Muscat, li dak li kien qed jgħid il-klijent tiegħu huwa kollu ‘hearsay’.

L-Avukat Arthur Azzopardi qal fil-Qorti li lejn l-aħħar ta’ April 2018, il-Korp tal-Pulizija permezz tal-Kummissarju Lawrence Cutajar, id-Deputat tiegħu Silvio Valletta u l-Ispettur Keith Arnaud kellhom laqa’ flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat u Keith Schembri, u li din saret Kastilja.

Ġranet wara Vince Muscat kien ġie ffaċċat mill-aħwa Degiorgio fejn qalulu li kienu jafu li kien qed jixhed. “Possibbli u kienet koiċidenza din” fil-5 ta’ Lulju fil-preżenza tal-Avukat tagħhom William Cucshieri, mhux biss ikkonfermaw li kienu jafu li kiennqed jikkopera, imma anke fuq xhiex u liema kawżi kien qed jikkopera dwarhom.

Vince Muscat kien dejjem beżgħan u nfurmah b’dan kollu u mar jarah il-ħabs u hu ċempel lil Arnaud u lttaqgħu ma Silvio Valletta, Arnaud ma ħax pjaċir dwar dan, b’ Valletta jgħid li jridu jaraw minn fejn ġejjin dawn il-leaks u kien hawn li Mucat beda jirriffjuta l-ikel il-ħabs u l-ikel li tipprovdilu l-familja kien qed jixxerjah ma’ priġunieri oħra u dawk lilu.

Meta kienet qed titkompla s-simgħa tal-inkjesta pubblika fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, xehed l-Avukat Arthur Azzopardi, li ħafna mix-xhieda tiegħu kompliet bil-magħluq minħabba is-sensittività tagħha.

Huwa beda biex qal li hu kellu relazzjoni tajba ħafna ma’ Daphne Caruana Galizia u li kien l-eks klijent tiegħu l-Koħħu li wassal lill-Pulizija għal Melvin Theuma, is-sensar fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

L-Avukat Azzopardi semma’ wkoll it-theddid xokkanti li kienu qegħdin isiru fil-konfront ta’ Vince Muscat, fejn ħbieb tiegħu kienu qegħdin jgħidulu biex joqgħod attent, għax jafu fuq liema kawżi u fuqxhiex kien qed jitkellem mal-Pulizija. It-theddid dam ħafna u saħansistru kienu heddewh li xi ħadd kien se jwaddab l-aċċtu fuq wiċċ bintu.

Dawk li jaħdmu fiċ-ċirku tat-taxis diġa’ kienu jafu li teżisti ħbiberija kbira bejn Yorgen Fenech u Melvin Thuema u li biex wieħed ikollu post bit-taxi f’Portomaso, jrid iħallas sew, filwaqt li Theuma ma kienx jagħmlu dan. 

L-Avukat Azzopardi qal ukoll li ma setax jifhem kif darba waqt li kien funeral ta’ missieru klijent tiegħu, kien hemm preżenti l-Ministru tal-Ġustizzja. Dan kien fit-28 ta’ Awwissu 2018 .

Owen Bonnici kien qallu “jien maħfra waħda se nagħti, għax jekk nagħti oħra, x’se nagħmel bil-middleman?” L-Avukat Arthur Azzopardi li talab huwa stess li jixhed fl-inkjesta, ġie eżentat mis-sigriet professjonali tiegħu mill l-Avukat Marc Sant, li llum huwa l-Avukat ta’ Vince Muscat il-Koħħu. Dan qal li  f’isem il-klijent tiegħu kien qed jeżentah mis-sigriet professjonali.

Ix-xhud qal li għall-ħabta ta’ nofs Marzu tal-2018, Il-Koħħu kien staqsih biex jispjegalu kif taħsem il- proklama, dan kien xi xhur wara li Muscat kien ġie arrestatt fuq il-qtil.

Azzopardi qal li kien spjegalu xi tgħid il-l-liġi meta wieħed jingħata l-maħfra Presidenzjali u kif taħdem il-liġi u kif isiru proċeduri mill-kabinett u l-President tar-Repubblika. L-Avukat Azzopardi qal li hu kien qed iżur lil Vince Muscat il-ħabs kuljum.

L-ewwel inkontru mal-Pulizija kien sar fit-23 ta’ Aptil 2018 u l-għada.. Kien qed jikkopera sew. Wara kien ġie appuntat ġuri u kien qal li jekk dan isir mhux se jkompli jikkopera. L-Avukat Azzopardi qal li dwar dan kien fetaħ kawża Kostituzzjonali u li din kienet ġiet irtirata, bil-ġir li kellu  jibda għall-ħabta ta’ Mejju jitħassaw.

L-Avukat Azzopardi semma laqa’ li kien preċenti hu għaliha ma’ Keith Arnaud u l-Kummissarju Lawrence Cutajar. Dan kien qabel il-funeral fejn it-theedi fil-konfront ta’ Muscat kien wieħed kostanti.

Kien ltaqgħu biex Muscat jingħata xi forma ta’ protezzjoni. Il-Kummissarju hawn kien talab l-indirizzi biex il-Koħħu jingħata l-protezzjoni peress li dan kien qed jikxef u dan biex ikun hemm aktar patrol minn naħa tal-RIU fl-inħawi ta’ fejn kien joqgħod hu u min kien ikun miegħu.

Arnaud issuġġerixxa biex il-Pulizija jiffirmaw kemm il-darba jagħmlu dan it-tip ta’ patrol, u l-istess Spettur ma kienx kuntent b’dak li qed jiġri rigward it-theddid fuq dak li kien qed jikxef u jagħti nformazzjoni utli lill-Pulizija. Madankollu fuq din tal-firem Lawrence Cutajar ma qabilx.

L-Avukat Arthur Azzopardi qal li fl-2019 it-theddid fuq Vince Muscat żdied, u dan kollu ġej minn sorsi ta’ min joqgħod fuqum qatt ma żbaljaw.

Ix-xhud qal li fil-11 ta’ Ottubru kien f’laqa’ flimkien mal-Kummissarju Lawrence Cutajar flimkien mal-uffiċjali tal-Pulizija Carmelo Magri u Nezren Grixti, fejn hawn kienet ikkonfermata li  l-ordni għall-patrols frekwenti kienet qed iseħħ. Kien hawn li l-Kummissarju kien talab lil Magri U Griscti biex joħorġu barra mill-uffiċċju tiegħu u dahar fuq l-Avukat Azzopardi u qatagħalu qalbu fuq il-proklama għal Muscat, għax skont hu kollox kien ‘hearsay’.

Ix-xhud qal li ma semax b’aktar theddid fuq Muscat, forsi għax m’għadux l-Avukat tiegħu. Tenna li fl-24 ta’ Ottubru 2019 minħabba l-livelli ta’ stress kienu fenominali huwa ma baqax l-avukat tiegħu.

L-Avukat Azzopardi qal li kien qed ibati wisq u kien qed imur lura minn saħħtu u anke spiċċa l-isptar. Tenna li l-ewwel darba, li sar jaf fuq Melvin Thuema kien fit- 23 April 2019, iżda l-Pulizija kienu jafu żgur b’dak il-link..

Dwar f’liema kuntest Vince Muscat kien isemmi lil Melvin Theuma, dan kien jgħid li kien hu li kkummossjona l-omiċidju .Kien jgħid li lil Melvin kien bagħtu xi ħadd.    

L-inkjesta pubblika li se tkompli nhar l-Erbgħa, hija mmexxija mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

L-inkjesta hija mmirata biex tara jekk kienx hemm nuqqas min-naħa tal-istat u l-istituzzjonijiet tiegħu dwar jekk il-qtil tal-ġurnalista seta’ jkun evitat. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall familja ta’ Caruana Galizia.

.