Lokali

L-ewwel President mara għall-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

L-Istitut tal-Ġurnaisti Maltin għażel lil Sylvana Debono bħala l-ewwel mara Presidenti tiegħu. Debono hi ġurnalista veterana u hu l-Kap Editorjali ta’ Beacon Media Group.

Dan filwaqt li kien assenjati rwoli lil kull wieħed mill-membri tal-Kunsill li jiffukaw fuq aspetti u setturi differenti tal-qasam tal-midja. Dawn huma l-membri kollha li jifformaw parti mill-Istitut:

  • Viċi President – Claire Caruana (irwol ta’ assistenza lill-President, SLAPP, Outreach, Kampanji tal-IĠM)
  • Segretarju Ġenerali – Nigel Mifsud (irwol fl-amministrazzjoni, Direttur tas-Segretarjat, Relazzjonijiet Internazzjonali, Koordinatur dwar it-trasformazzjoni tal-Istitut fi Trade Union u Membru tal-Malta Awards Journalism Commission)
  • Segretarju għas-Sħubija u l-Attivitajiet – Christine Amaira (Amministratur tas-Sħubija, Politika Soċjali u Attivitajiet)
  • Segretarju Informazzjoni – Julian Bonnici (Relazzjonijiet Pubbiċi, Website u Koordinatur tal-Media Soċjali)
  • Teżorier – Mario Schiavone (Rapporti Finanzjarji, Kontijiet Bankarji, Arkivji IGM)
  • Assistent Segretarju – Neil Camilleri (Assistenza lis-Segretarju Ġenerai, Riformi)
  • Segretarju ta-Edukazzjoni – Charles Camenzuli
  • Rappreżentant ta-Freelance, Fotografi u Cameramen – Dominic Aquilina
  • Rappreżentant tal-Ġurnalisti Sportivi – Sandro Micallef