Lokali

Raġel b’feriti gravi wara li nqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi

Ritratt: Arkivji

Raġel qed isofri minn feriti gravi wara li nqaleb bil-karozza fi Triq San Niklaw fis-Siġġiewi. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm.

Fuq il-post issejħu l-pulizija li sabu l-vettura tar-raġel ta’ 50 sena residenti ż-Żurrieq maqluba, minnufih issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei.

Hemmhekk irriżulta li l-ġrieħi li għandu huma ta’ natura gravi.