Raġel ta’ 52 sena residenti r-Rabat qiegħed isofri feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta fl-Imqabba. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 ta’ dalgħodu.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq vettura tat-tip Mitsubishi Fuso u għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>