Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja llum temm il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Aħbarijiet fix-xandir nazzjonali; kariga li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar seba’ snin.
Bugeja jtemm il-karriera tiegħu wara li spiċċat l-estensjoni li kien ingħata f’Awwissu 2017 biex jibqa’ jmexxi l-Kamra tal-Aħbarijiet. Hu kien jippreżenta wkoll il-programm ta’ ġrajjiet kurrenti ‘Dissett’.
It-tmiem ta’ Bugeja minn din il-kariga importanti qed joħloq post vakanti fil-PBS.
Is-Sajf li għadda konna żvelajna li l-pjan tat-tmexxija tal-PBS u Kastilja hu li fi żmien sena oħra, Owen Galea…eks ġurnalist tal-media laburista… jieħu post Reno Bugeja bħala Kap tal-Aħbarijiet.
Reno Bugeja nħatar fil-kariga ta’ Head of News tal-PBS mill-Gvern Laburista ta’ Muscat.
//= $special ?>