Anzjan minn tas-Sliema kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident f’Birkirkara.
Il-każ seħħ fis-6.30 tas-Sibt filgħodu fi Triq Dun Karm fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher għal xi raġuni vettura tal-għamla Chevrolet Matiz misjuqa mill-vittma ta’ 90 sena ħabtet ma’ xarabank tal-għamla King Long misjuqa minn Filippin ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-anzjan l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Intant il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>