Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu d-DFB – Pokal kontra Bayer Leverkusen

(Ritratt: EPA)

Ġimgħa wara li għollew it-tazza tal-Bundesliga, Bayern Munich rebħu wkoll it-Tazza Ġermaniża tad-DFB – Pokal meta fl-Olimpiastadion ilbieraħ għelbu lil Bayer Leverkusen 4-2. It-tim ta’ Hans Flick fetaħ l-iskor wara biss 16 –il minuta permezz tad-difensur DAVID ALABA.

Bayern Munich żiedu gowl ieħor fl-24 minuta permezz ta’ SERGE GNABRY wara li rċieva mingħand Joshua Kimmich. Iċ-champions Ġermaniżi komplew jiddominaw u mas-siegħa logħob il-Pollakk ROBERT LEWANDOWSKI għamilhom 3-0. Leverkusen naqqsu d-distakk fit-63 minuta permezz ta’ SVEN BENDER. Bayern Munich aċċertaw mir-rebħa minuta mit-tmiem meta LEWANDOWSKI  skorja d-doppjetta personali wara li rċieva mingħand Perisic. Leverkusen naqqsu d-distakk fid-90 minuta permezz ta’ penalty ta’ HAVERTZ