Lokali

Bżonn urġenti ta’ 66 borża demm O Positive

Appell urġenti mill-Bank tad-Demm għal 66 borża demm tat-tip O Positive.

Dan id-demm hu bżonnjuż ħafna, b’mod speċjali għal pazjenti li qed jirċievu t-trattament tal-kimoterapija u li ma jistgħux jistennew għat-trasfużjoni.

Il-Bank qed jappella lil kull min għandu dan it-tip ta’ demm, huwa f’saħtu u jista’ jagħti d-demm, imur kemm jista’ jkun malajr fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Mangia bejn illum u għada, bejn it-8.00am u s-6.00pm.

Min imur biex jagħti d-demm huwa mfakkar jieħu miegħu il-karta tal-identità.