Futbol Sport

Gżira United, Valletta u Birkirkara jirtiraw mill-Premier Division Standing Committee

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Skond il-paġna ta’ Repaly fuq Facebook, Gżira United, Valletta u Birkirkara rtiraw mill-Premier Division Standing Comittee.

Jidher li d-diżgwid bejn ir-rappreżentanti tal-klabbs ilu għaddej għall-aħħar ġimgħat u laħaq il-qofol tiegħu meta t-tliet klabbs riedu li l-istaġun ikompli ladarba tintemm l-pandemija tal-coronavirus. Wara l-vot fil-PDSC kellu l-maġġoranza ta’ dawk li riedu l-istaġun jintemm ħesrem, r-rakkomandazzjoni mingħajr il-firma ta’ dawn il-klabbs għaddiet għand l-MFA u finalment intlaqgħet.

Il-PDSC ilu snin twal imwaqqaf u l-għan prinċipali tiegħu hu li l-klabbs tal-Premier jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jolqtuhom kif ukoll dawn ġenerali reletati mal-futbol lokali. Għad irid ikun magħruf x’se jkunu r-riperkussjonijiet fuq l-effettività tal-pressjoni tal-PDSC ladarba tliet klabbs ewlenin għażlu li ma jibqgħux jifformaw parti minnu.