Sport Sport Ieħor

Id-debuttant Annie’s Boy jimpressjona fil-Premier

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Kenneth Vella

Wara waqfa ta’ ftit aktar minn tliet xhur minhabba l-imxija tal-COVID 19, il-Ġimgha filgħaxija fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istagun 2020. Dan permezz tal-15 -il laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.
Dawn se kienu kollha heats mill-kampjonat Sajfi MTRL fuq distanza qasira ta’ 2140m. Spikkat l-aktar heat tal-klassi Premier u li ntrebħet mid-debuttant Norveġiż Annie’s Boy.


Erbatax -il żiemel ħadu sehem fil-heat tal-aqwa klassi.
Wara li għal ħafna ħin kellna quddiem il-ġdid Franciz Apollo De Souvigne (Anthony Curmi) dan beda jċedi meta l-ewwel żwiemel qabdu l-aħħar 500m taghhom. Kien f’dak il-mument li Rodney Gatt poġġa quddiem lil Annie’s Boy biex faċilment ħa l-ewwel rebħa f’Malta b’tul u nofs minn Vasco De Viette (Charles Camilleri) u Quick Fix (Kurt Saliba). Axel Tilly (Michael Ellul) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Laqgħa oħra ta’ tiġrijiet taz-zwiemel fil-Marsa ssir propju għada. L-ewwel tiġrija tibda fis-7pm.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Heat Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dakota Atout (M. Mifsud) Hin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. White Flame(M. Ellul) 3. Easy Sam (C. Camilleri) 4. Khali Magdalon (C. Gauci)

II Tigrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Best Of Morchies (R. Cassar) Hin –  2.43” (1.16.2”) 2. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 3. Jaccaroo (A. Farrugia) 4. Wies Buitenzorg (C. Grech)

III Tigrija. Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Cyrus De La Cour (N. Baldacchino) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Dio Doti (C. Camilleri) 3. Eliak Picken (Sh. Portelli) 4. Querby Du Gite (A. Zammit)  

IV Tigrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1.  James Bond (M. Fenech) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Ikaros Stursk (J. Spiteri) 3. M.T. Jewel (M. Debono) 4. Design Ribb (M. Spiteri)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Apache De Beaum (R. Magro) Hin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Best Of Sly (R. Gatt) 3. Hilda Nalan (C. Vassallo) 4. Un Du Buisson (J. Tabone)

VI Tigrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Baryton (M. Ellul) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) 3. Cambaceres (P. Galea) 4. Beauvron (C. Vassallo)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Annie’s Boy (R. Gatt) Hin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Vasco De Viette (C. Camilleri) 3. Quick Fix (K. Saliba) 4. Axel Tilly (M. Ellul)

VIII Tigrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Hin – 2.44.5” (1.16.7”) 2. Mikado Amok (J. Vassallo) 3. Diamonds Lucky (R. Gatt) 4. Atout d’Haufor (C. Vassallo)