Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li spiċċa vittma ta’ hit and run

Arkivji

Raġel mir-Rabat, Għawdex, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li allegatament spiċċa vittma ta hit and run.

Il-każ seħħ ftit qabel is-siegħa tas-Sibt filgħodu, fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa – meta l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi ġew msejħa fuq il-post b’rapport li kien hemm persuna mixħuta fl-art bil-possibilità li ntlaqtet minn vettura.

Filwaqt li l-Għawdxi ta’ 38 sena ttieħed minnufih l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi – il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa wara li mill-ewwel indikazzjonijiet irriżulta li l-vettura nvoluta baqgħet sejra minn fuq il-post.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ għandu jinforma lill-Pulizija minnufih.