Fil-Molineux Stadium, Wolves tilfu 2-0 kontra Arsenal. Arsenal resqu viċin li jiftħu l-iskor fil-35 minuta meta x-xutt ta’ Nketiah ġie salvat mill-gowlkiper qabel ma’ ħabat mal-lasta. It-tim ta’ Mikel Arteta mar fil-vantaġġ fl-43 minuta b’kunklużjoni fuq id-dawra ta’ BUKAYO SAKA. Wolves resqu viċin li jġibu d-draw fit-63 minuta meta Adama Traore ġie waħdu mal-gowlkiper iżda xeħet barra. Arsenal aċċertaw mit-tliet punti fil-85 minuta b’konklużjoni fil-baxx ta’ ALEXANDRE LACAZETTE. B’din ir-rebħa, il-Gunners iżommu ħajjin it-tamiet tagħhom li l-istaġun jiksbu post fl-Ewropa.
//= $special ?>It-tielet rebħa konsekuttiva għal Arsenal
