Formula 1 Sport

Mercedes jiddominaw il-kwalifikazzjoni, Ferrari jiddiżappuntaw

(Ritratt: Formula 1)

Valtteri Bottas u Lewis Hamilton se jibdew fuq quddiem fl-ewwel tellieqa tal-istaġun fl-Awstrija wara li fil-kwalifikazzjoni kisbu l-aħjar ħinijiet, b’ Bottas jagħmel l-aħjar ħin fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

Magħhom fit-tielet post se jkun hemm s-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen u warajh iż-żagħżugħ Ingliż Lando Norris li se tkun l-ogħla pożizzjoni li se jibda minnha.

Is-sewwieqa ta’ Ferrari ddiżappuntaw, Sebastian Vettel ġie eliminat fit-tieni sessjoni ta’ kwalifikazzjoni filwaqt li l-Franċiż Charles Leclerc se jibda mis-seba’ post. It-tellieqa fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring tibda fit-3.10 pm.

Formula 1

Kif se jibdew: V. Bottas, L.Hamilton, M. Verstappen, L. Norris, A. Albon, S. Perez, C. Leclerc, L. Stroll, D. Ricciardo, S. Vettel, P. Gasly, D. Kvyat, E. Ocon, R. Grosjean, K. Magnussen, G. Russell, A. Giovinazzi, K. Raikkonen, N. Latifi