Futbol Sport

Milan jaħsdu lil Lazio

(Ritratt: EPA)

RUMA – Fi Stadio Olimpico ta’ Ruma, Milan għelbu lil Lazio biex komplew inaqqsu t-tamiet ta’ Lazio li jirbħu l-kampjonat. Milan fetħu l-iskor fit-23 minuta meta x-xutt ta’ HAKAN CALHANOGLU kien devjat u qarraq għal kollox bil-gowlkiper ta’ Lazio. Milan ħasbu li rduppjaw fit-32 minuta meta l-gowl ta’ Ibrahimovic ġie mħassar għall-offside.

Żewġ minuti wara Milan ingħataw penalty meta Radu deher imiss il-ballun b’idu. Minn ħdax il –metru IBRAHIMOVIC ma żbaljax. Milan għamluhom tlieta fit-58 minuta meta Bonaventura għadda lejn ANTE REBIC li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Strakosha.

Serie A

Illum: Juventus v Torino 4-1, Sassuolo v Lecce 4-2, Lazio v Milan 0-3 Għada: Inter v Bologna 5.15pm, Brescia v Verona 7.30pm, Cagliari v Atalanta 7.30pm, Parma v Fiorentina 7.30pm, Sampdoria v SPAL 7.30pm, Udinese v Genoa 7.30pm,Napoli v Roma 9.45pm.