Santa Lucia kkonfermaw għal staġun ieħor lill-kowċ Oliver Spiteri. Taħt it-tmexxija ta’ Spiteri, Santa Lucia rnexxielhom jiksbu 23 punt minn 20 partita.
Ilbieraħ, Santa Lucia għażlu lil Robert Micallef bħala l-President ġdid tal-klabb. Din mhix l-ewwel darba li Micallef, se jkun in volut fit-tmexxija ta’ klabb lokali hekk kif fil-passat hu serva bħala President ta’ Marsaxlokk.
Hu se jieħu post Martin Agius li ismu jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-klabb meta taħt it-tmexxija tiegħu Santa Lucia rnexxielhom jiksbu tliet promozzjonijiet sal-Kampjonat Premier.
//= $special ?>