Futbol Sport

Sassuolo jkomplu jitfgħu lil Lecce fil-periklu

(Ritratt: EPA)

SASSUOLO – Sassuolo komplew jitfgħu lil Lecce f’aktar periklu meta rebħulhom 4-2 fil-Mapei Stadium. Kienu Sassuolo li wara biss ħames minuti marru fil-vantaġġ permezz FRANCESCO CAPUTO li rnexxielu jqabbeż minn fuq il-gowlkiper.

Lecce ġabu d-draw fis-27 minuta b’gowl mill-isbaħ ta’ LUCIONI. Sassuolo reġgħu marru fil-vantaġġ fit-63 minuta permezz ta’ penalty ta’ DOMENICO BERARDI qabel ma’ MANCOSU minn ħdax –il metru wkoll ġab id-draw għal Lecce.

JEREMIE BOGA fit-78 minuta għamilhom 3-2 b’gowl personali. Sassuolo aċċertaw mit-tliet punti fit-83 minuta permezz MERT MULDUR wara li rċieva mingħand Berardi.