Sport Sport Ieħor

Traġedja oħra fiċ-ċikliżmu fl-Italja

Traġedja oħra fid-dinja taċ-ċikliżmu, meta fl-Italja mietet Roberta Agosti waqt li kienet qed titħarreġ meta kellha mpatt ma’ trakk.

L-inċident seħħ fi Brescia meta Agosti ta’ 50 sena li tifforma parti minn Team Millenium kienet qed titħarreġ fiż-żona ta’ Lonato. Il-midja Taljana qed tirraporta li Agosti kienet qed taqdef ma’ grupp meta għal xi raġuni kellha mpatt ma’ trakk.

L-isforzi tat-tim mediku kienu għalxejn għaliex jidher li Agosti tilfet ħajjitha mal-impatt. Roberta Agosti hija l-mara tal-eks ċiklista professjonali Marco Velo li fil-ħin tal-inċident kien qiegħed jaqdef fl-istess grupp.