Lokali

U-Turn oħra minn Abela

Filli diska mod…

Fid-19 ta’ Diċembru tal-2019, f’nofs il-ġlieda biex jinħatar il-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela kien stqarr hekk:

“FEJN HEMM SORS LEĠITTIMU TA’ DĦUL, U QED NIRREFERI GĦALL-IIP, DAN JIEN SE NIPPRESERVAH

Robert Abela dejjem iddefenda l-iskema tal-bejgħ tal-Passaporti Maltin u Ewrope, kemm qabel ma sar Prim Ministru kif ukoll wara, u saħansitra f’April, waqt interivsta fuq l-istazzjon Laburista, kien qal li l-programm ma jeħieġlux tibdiliet.

….u filli diska mod ieħor

Madankollu, issa li qegħdin biss ftit ġimgħat bogħod mit-test tal-Moneyval, u pajjiżna qed jirriskja li jkun grey-listed, kellu jagħmel u-turn u jbiddel id-diska billi issa jgħid li l-iskema se tiġi skrappjata.

Il-PN kien ilu jwissi

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jisħaq li l-iskema tal-Passaporti kellha titwaqqaf għax kienet qed tagħmel ħsara irreparabbli lil pajjiżna.

Din l-iskema fetħet il-bibien għal kulmin irid, akkost ta’ kollox, jikseb Passaport Ewropew, b’uħud minn dawk li xtraw iċ-Ċittadinanza Maltija issa nafu li huma kriminali u ġew miżmuma f’pajjiżi oħrajn.

Anke Brussell ikkritika spiss

Minbarra l-Partit Nazzjonalista, anke l-Parlament Ewropew ikkritika kemm-il darba bl-aħrax din l-iskema għax kienet qed tagħti l-opportunità lill-kriminali u min irid jaħsel flusu biex ikollu aċċess faċli għall-kontinent kollu.

U ladarba l-Unjoni Ewropea ma kinitx se tkompli taċċetta aktar skużi u tidwir bil-kliem, Robert Abela ma kellux għażla oħra ħlief li jmur lura minn kliemu ta’ ftit xhur biss ilu, u jiskrappja din l-iskema.