Għat-tieni jum konsekuttiv ma rriżulta l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna minn 771 test swabs li saru fl-aħħar 24 siegħa. Dan hekk kif b’kollox saru iktar minn 100,000 swab test minn mindu bdew isiru.
Dan ħareġ mill-aġġornament li l-Ministeru tas-Saħħa ppubblika fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, li hu l-unika forma ta’ aġġornament bi ftit dettalji li qed jingħataw għal dawn l-aħħar ġimgħat. Minkejja li f’pajjiżna ilna x-xhur nirreġistraw bil-każijiet pożittivi, kien biss illum li ġie mħabbar li t-testijiet bdew isiru qabel Marzu, propju qabel minn meta pajjiżna rreġistra l-ewwel każ pożittiv għall-virus. Jidher li 2040 swab test saru qabel Marzu.
B’kollox 11-il persuna għadhom attivi għall-COVID-19 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa.
Filwaqt li il-każijiet f’dawn l-aħħar jien qed ikun baxxi jew l-ebda każ, R-Factor jidher li qiegħed pjuttost baxx hekk kif hu ta’ madwar 0.3.
//= $special ?>