Lokali

Daniel Micallef għal Deputat Mexxej

Kif kien mistenni, Daniel Micallef se jkun id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Dan wara li ħadd ma tefa’ n-nomina tiegħu biex jikkontesta din il-kariga hekk kif il-Ħadd għalqu n-nomini għall-kariga ta’ Deputy Leader tal-Partit Laburita.

Il-kariga ta’ Deutat Mexxej kienet vakata wara r-riżenja ta’ Chris Cardona, aktar kmieni x-xahar li għadda.

Ramona Attard mistennija tieħu l-post ta’ Daniel Micallef bħala President tal-Lejber Party. Din il-ġimgħa kien netnews li żvela li Ramona Attard kienet se titfa’ n-nomina tagħha għal din il-kariga. Aħbar li kienet ikkonfermata minn Ramona stess f’post li tellgħet fuq il-media socjali ftit tal-minuti wara.

Louis Gatt kien l-uniku wieħed li ppreżenta nomina għall-kariga ta’ Viċi President, u William Lewis kien l-uniku li applika għall-kariga ta’ Segretarju Organizattiv. Marc Vella Bonnici ppreżenta n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali. 

Il-votazzjoni mistennija ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju.