L-istilla tar-rap Amerikan Kanye West, f’post fuq Twitter ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fl-Amerka li se ssir f’Novemru li ġej.
Fuq il-midja soċjali, West għandu iktar minn 29 miljun persuna li ssegwih.

West qal li diġà għandu s-support tal-biljunarju Elon Mask.
Kim Kardashian West, il-mara ta’ Kayne, irrispondiet għall-messaġġ ta’ żewġha b’emoji li juri l-bandiera Amerikana.

Għalkemm Kayne West qal li se jkun jikkontesta l-elezzjoni għall-ħatra tal-President Amerikan, għadu mhux ċar jekk ismu hux se jkun fuq il-karta tal-vot.
//= $special ?>