Edukazzjoni Lokali

Il-UPE issejjaħ strajk; l-għalliema tal-Ingliż ma jitħallewx jissieħbu ma’ unjoni

UPE Voice of the Workers flimkien ma' Clubclass English Language School ħabbru strajk hekk kif is-sid mhux jaċċetta li l-ħaddiema jissieħbu ma' Unjoni, liema azzjoni tmur kontra d-drittijiet tal-ħaddiema.

Hekk kif nhar it-Tnejn jibdew l-iskola l-istudenti tal-Ingliż, il-ħaddiema mhux se jkunu qed jidħlu għax-xogħol filwaqt li se jagħmlu protesta paċifika fl-10 ta’ filgħodu quddiem l-iskola li tinsab fis-Swieqi.

Din l-azzjoni se tittieħed hekk kif għal jiem sħaħ kemm il-ħaddiema u anke l-Unjoni provaw jikkuntatjaw lis-sid biex ipoġġu madwar mejda u jiddiskutu din il-kwistjoni. Madanakollu, skont il-UPE minkejja diversi attentattivi l-imgħallem baqa’ ma riedx jisma’ l-argumenti li xtaqu jagħmlu.