Lokali

Jitressaq il-Qorti wara argument f’post ta’ divertiment

Żgħażugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000 wara li kmieni il-Ħadd filgħodu ħebb għal ġuvni waqt li kienu fi stabbiliment tad-diveriment fir-Rabat.

Iż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jixxandar, fil-Qorti wieġeb mhux ħati li ħebb għal ġuvni u kkważalu ġrieħi gravi filwaqt li anke kissirlu n-nuċċali.

L-avukati tal-akkużat, Albert Zerafa u Valentina Lattughi talbu għall-ħelsien mill-arest. Dan wara li l-akkużat saħaq li hu kellu jiddefendi ruħu wara li kien aggredit.

Il-Prosekuzzjoni laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li ż-żgħażugħ għandu fedina penali nadifa.

Iż-żagħżugħ irid jiffirma darbtejn f’gimgħa fl-għassa filwaqt li nħarget ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma