Lokali

Sentenza sospiża wara li ħebb għal żewġ persuni

Pakistani ta’ 29 sena ġie akkużat li s-Sibt filgħodu ħebb għal żewġ persuni u darab gravi wieħed minnhom.

Majid Javed, ammetta li għall-ħabta tas-2.30 tas-Sibt filgħodu, darab lill-eks sieħba tiegħu u lis-sieħeb tagħha fi Triq il-Markiż John Scicluna Santa Venera

Id-difiża, minn naħa tagħha talbet biex tiġi ikkunsidrata l-ammissjoni bikrija tal-akkużat, fejn stqarret ukoll li l-r-raġel jaħdem l-Italja u jixtieq jitlaq minn pajjiżna sal-aħħar ta’ Lulju.

Minn naħa l-oħra, il-prosekuzzjoni li tmexxiet mill-Ispettur Matthew Galea stqarret li l-importanti huwa li l-vittmi jkunu protetti. Talbet ukoll sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta’ sentenza ħarxa.

Il-Qorti laqgħet din it-talba u tat sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin.