Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jiddomina l-ewwel Grand Prix tal-istaġun fl-Awstrija

(Ritratt: The Telegraph)

Valtteri Bottas fetaħ l-istaġun tal-Formula 1 bl-aħjar mod possibbli hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija f’Red Bull Ring, f’tellieqa li ddomina mill-bidu sal-aħħar. Charles Leclerc fuq Ferrari kiseb it-tieni post segwit miż-żagħżugħ Lando Norris fuq McLaren, f’dak li kien l-ewwel podju fil-karriera. Il-Britanniku qabeż liċ-champion renjanti Lewis Hamilton wara penalità ta’ ħames sekondi li rċieva.

Diżappunt għal Max Verstappen fuq Red Bull li kien kostrett li jirtira fl-14-il dawra filwaqt li sieħbu Alexander Albon ukoll ma spiċċax it-tellieqa. Sebastian Vettel ta’ Ferrari kellu jikkuntenta bl-għaxar post, b’total ta’ 11-il sewwieq jispiċċaw it-tellieqa. Il-Grand Prix li jmiss issir il-ġimgħa d-dieħla fl-istess ċirkwit.

Kif spiċċaw

1. Valtteri Bottas 1:30:55.739, 2. Charles Leclerc (+2.700s), 3. Lando Norris (5.491s), 4. Lewis Hamilton (+5.689s), 5. Carlos Sainz (+8.903s), 6. Sergio Perez (+15.092s), 7. Pierre Gasly (+16.682s), 8. Esteban Ocon (+17.456s), 9. Antonio Giovinazzi (+21.146s), 10. Sebastian Vettel (+24.545s), 11. Nicholas Latifi (+31.650s), Ma spiċċawx: Daniil Kvyat (AlphaTauri), Alexander Albon (Red Bull), Kimi Raikkonen (Alfa Romeo), George Russell (Williams), Romain Grosjean (Haas), Kevin Magnussen (Haas), Lance Stroll (Racing Point), Daniel Ricciardo (Renault), Max Verstappen (Red Bull)