It-tiratur Malti William Chetcuti rebaħ il-Ġorġ Bugeja Memorial li kien organizzat fi tmiem il-ġimgħa fix-Shooting Club ta’ Qormi.
Miegħu fuq il-podju kien hemm Brian Galea li spiċċa fit-tieni post u Paul Formosa li temm fit-tielet post.
Fil-finali kien hemm b’kollox sitt tiraturi li temmew f’din l-ordni; Brian Galea 113/125, James Galea Jr. 112/125, William Chetcuti 111/125, Gianluca Chetcuti 110/125, Nico Sciberras 109/125 u Paul Formosa 108/125.
Fit-tieni ġurnata, William Chectcuti rnexxielu jikseb l-punti massimi meta minn 25 laqgħat 25.
Żewġ tiraturi minn kull klassi li ma rnexxielhomx jaslu sal-finali ħadu sehem f’kompetizzjoni oħra.
James Galea Jr. rebħa l-premju tal-ewwel ġurnata filwaqt li William Chetcuti rebaħ dak tat-tieni ġurnata.
Nico Sciberras rebaħ il-kompetizzjoni taż-żgħar filwaqt li Mikaela Galea rebħet l-unur tal-aqwa tiratur femminili. Nazzareno Attard rebaħ il-kategorija tat-tiraturi veterani.
Il-Programm Trap tal-MSSF ikompli nhar il-Ħadd fix-Shooting Range nazzjonali.
Kif Spiċċaw
- William Chetcuti 43/50, 2. Brian Galea 42/50, 3. Paul Formosa 34/40, 4. James Galea Jr. 28/35, 5. Gianluca Chetcuti 18/30, 6. Nico Sciberras 15/25