Lokali

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ħabat f’siġra bil-mutur

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 61 sena minn Raħal Ġdid, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.50am, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fi Triq l-Indipendenza, il-Pieta’.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tat-tip Kymco u għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu ħabat ma’ siġra.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin