Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Qormi

Ritratt: Arkivji

Anzjana ta’ 80 sena minn Ħal Qormi sofriet feriti gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Qormi stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Pinto, fejn l-anzjana ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan, li kienet qed tinstaq raġel ta’ 63 sena minn Ħal Qormi wkoll.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li taha l-ewwel għajnuna. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.