Argument bejn tliet persuni rriżulta b’wieħed minnhom qed jispiċċa jkun rikoverat fl-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi.
Minn informazzjoni li tat il-Pulizija dwar il-każ, il-ġlieda seħħet għall-ħabta tad-9.15am fi Triq Żimelli, il-Ħamrun. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjtament fil-post fejn instab li l-argument kien jinvolvi raġel ta’ 24 residenti l-Ħamrun u żewġt irġiel Eġizzjani ta’ 41 sena u 42 sena rispettivament.
Ingħad li waqt l-argument intuża oġġett iebes tal-ħadid bħala arma.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel kollha l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, u aktar tard, ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra għadha pendenti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

