Lokali

Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tispjega t-tħassib dwar l-iżvilupp fuq sit ta’ valur arkeoloġiku

Tkompli l-ġlieda tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kontra l-iżvilupp pjanat fuq sit li fih hemm cart ruts ta’ valur arkeoloġiku, li għalih ħareġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar il-Ġimgħa.

Fi stqarrija għall-istampa l-Assoċjazzjoni tat spjega dwar kif f’Jannar sar it-twaqqigħ illegali ta’ binja mibnija qabel l-1967 mingħajr id-dokumentazzjoni meħtieġa.

Fid-9 ta’ Jannar, il-Kummissjoni tal-Ippjanar kienet ikkonkludiet li għandha ssir investigazzjoni arkeoloġika fuq is-sit u li din għandha tkun approvata mis-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali.

Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara esprimiet tħassib dwar il-fatt li għat-twaqqigħ intuża makkinarju goff li seta’ għamel ħsara lil sejbiet arkeoloġiċi.