Lokali

Barrani jaqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 30 sena mill-Albanija, residenti Birżebbuġia, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li sofra ġrieħi gravi f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ ftit qabel it-8am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Duminku Mintoff. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li
saru rriżulta li r-raġel allegatament waqa’ madwar 3 metri minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.