Futbol Sport

Birkirkara jakkwistaw lill-gowlkiper Miguel Spiteri

(Ritratt: Birkirkara FC)

Miguel Spiteri ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Birkirkara. Il-gowlkiper internazzjonali Malti ta’ 16 –il sena kien aċċetta offerta mingħand il-klabb fir-Repubblika Ċeka MFK Kravinà iżda seba’ plejers mill-istess tim instabu pożittivi għall-coronavirus bl-istaġun jiġi sospiż b’mod indefinit.

B’hekk Spiteri ġie nfurmat biex jissieħeb mal-klabb ladarba s-sitwazzjoni tirritorna għan-normal, b’Birkirkara jaħtfu l-opportunità u jakkwistawh.