Lokali

AĠĠORNATA: Jitlef ħajtu l-Pollakk ta’ 78 sena li ttella’ mill-baħar f’Wied iż-Żurrieq

Għaddas Pollakk ta’ 78 sena tilef ħajtu traġikament ftit wara li ddaħħal b’urġenza l-istpar Mater Dei. Dan wara li aktar kmieni llum ittella mill-baħar minn bajja f’Wied iż-Żurrieq wara li sab ruħu f’diffikultà.

Il-Pollakk iddaħħal Mater Dei mitluf minn sensih.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fil-post minn membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar li kienu fiż-żona. Wieħed minn dawn il-membri qabeż il-baħar u bl-għajnuna ta’ membri oħrajn tellgħu lir-raġel u assistewh sakemm wasal fil-post tim mediku li eventwalment ħa lir-raġel l-isptar.

Hu sfortunatament tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, filwaqt li l-Pulizija qed tkompli bl-istħarriġ tagħha.