Coronavirus Lokali

Ebda infezzjoni u ebda każ ta’ fejqan fl-aħħar sigħat

Għat-tielet jum konsekuttiv kienu reġistrati zero każi ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna. Min-naħa l-oħra, ma kienx hemm persuni li fiequ fl-aħħar 24 siegħa.

Għaldaqstant, wara 457 swab test fl-aħħar 24 siegħa, is-sitwazzjoni baqgħet l-istess: bi 11 il-każ attiv minn 672 każ, 652 minnhom ifiqu u 9 persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom.

Din l-informazzjoni qed tingħata permezz tal-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa.

Intant, il-Ministeru tas-Saħħa qal li iktar minn 42,200 persuna użaw l-applikazzjoni biex wieħed jiċċekkja jekk is-sintomi tiegħu jew tagħha jindikawx il-possibilita’ ta’ infezzjoni bil-Covid-19.

B’kollox saru iktar minn mija u erbat elef swab test minn meta feġġ l-ewwel każ f’Marzu li għadda.