Ambjent Lokali

Fekruna tbid fil-bajja tal-Mixquqa

Fekruna li ġejja mill-familja Carretta Carretta, li hija meqjusa bħala speċi tal-baħar fil-periklu li tgħib mid-dinja, daħlet tbid fil-bajja tal-Mixquqa.

L-ERA flimkien ma’ Ambjent, Nature Trust Malta u Park Majjistral qegħdin jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-bejta tal-fekruna tingħata l-protezzjoni kollha.

Għalhekk, l-ERA se tara kif toħroġ ordni ta’ konservazzjoni b’emerġenza biex il-bejta tingħata aktar protezzjoni.

Il-ħsejjes, id-dawl u attivitajiet eċċessivi kollha jtellfu fl-iżvilupp tal-bejta u għalhekk kemm jista’ jkun isir minn kollox biex l-attività tal-bniedem titrażżan sakemm in-natura tagħmel xogħolha.

Il-Carretta Carreta hija protetta mill-World Conservation Area kif ukoll minn leġislazzjonijiet lokali u internazzjonali.

Għaldaqstant, l-ERA qed titlob lill-pubbliku biex jikkollabora u jnaqqas l-impatt fil-bajjiet fejn ibidu l-fkieren filwaqt li tħeġġeġ lil kull min josserva xi illegalità jirrapporta lil ERA billi jċempel  9921 0404 jew jibgħat email fuq ced.nature@era.org.mt.