Formula 1 Sport

Fernando Alonso jista’ jirritorna ma’ Renault fl-istaġun 2021

Rapporti fil-midja internazzjonli qed jgħidu li din il-ġimgħa, Fernando Alonso jista’ jħabbar ir-ritorn tiegħu fil-Formula 1 bħala sewwieq ġdid ta’ Renault mill-istaġun 2021.

ix-xahar li għadda Cyril Abiteboul ta’ Renault ħabbar li kien qiegħed jikkonsidra li jitlob lil Alonso biex ikun is-sewwieq il-ġdid tat-tim wara li Daniel Ricciardo ħabbar li mill-istaġun li ġej se jkun qiegħed jissieħeb ma’ McLaren.

Alonso kien rtira mill-Formula 1 fl-istaġun 2018 u issa qed ikun irrapurtat li jista’ jilħaq ftehim dwar kuntratt li jiswa’ bejn 10 u 12 –il miljun ewro fis-sena.