Mara Franċiża ta’ 63 sena u residenti Ta’ Xbiex, qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofriet wara li ġiet milquta minn vettura.
L-inċident seħħ fis-12.45pm u l-Pulizija ġew infurmati permezz ta’
telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq ix-Xatt, għax kienet ittajret persuna.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma – il-mara ta’ 63 sena – ġiet milquta minn vettura tal-għamla Otokar Kent LF li kienet qed tintsaq minn raġel mill-Filippini ta’ 37 sena residenti l-Pietà.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.
Hemmhekk, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

